Sport Sport Ieħor

Ben King jirbaħ ir-raba’ stadju ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

L-Amerikan Ben King rebaħ ir-raba’ stadju ta’ La Vuelta hekk kif il-Pollakk Michal Kwiatkowski baqa’ fil-quċċata tal-klassifika ġenerali. King li għandu 29 sena rebaħ l-istadju ta’ 161km lejn Alfacar hekk kif għeleb lil Nikita Stalnov fl-isprint.

Il-Britanniku Simon Yates tela’ fit-tielet post fil-klassifika ġenerali, għaxar sekondi wara Kwiatkowski ta’ Team Sky. F’kummenti li għadda lil Eurosport, King qal li ma kienx qed jemmen li seta’ jirbaħ l-istadju sal-aħħar kilometru.

Stalnov u Jelle Wallays attakkaw bi 15-il kilometru għat-tmiem, qabel ma’ Wallays naqqas bi tmien kilometru għat-tmiem. Pierre Roland naqqas id-distakk qabel ma’ King qabeż lil Stalnov b’100 metru biex rebaħ f’erba’ sigħat 33 minuta u 12-il sekonda.

Ir-rebbieħ tal-2009 Alejandro Valverde hu r-raba’ 12-il sekonda mill-quċċata filwaqt li r-rebbieħ tal-2016 Nairo Quintana jinsab 33 sekonda mill-bogħod. L-erba’ darbiet rebbieħ tal-Grand Tour u r-rebbieħ tal-2010 Vincenzo Nibali tilef 11-il minuta u erba’ sekondi minn King.

Il-ħames stadju jieħu liċ-ċiklisti minn Granada lejn Roquetas de Mar fi stadju li hu twill 188.7km.

Kif spiċċaw ir-raba’ stadju

1. Ben King                       4:33.12

2. Nikita Stalnov              +0.02

3. Pierre Rolland             +0.13

4. Luis Angel                    +1.08

5. Ben Gastauer               +1.39

6. Jelle Wallays                +1.57

7. Oscar Cabedo               +2.24

8. Simon Yates                 +2.48

9. Emanuel Buchmann   +2.50

10. Miguel Lopez              +3.07

Klassifika Ġenerali

1. Michal Kwiatkowski     13:47.19

2. Emanuel Buchmann   +0.07

3. Simon Yates                  +0.10

4. Alejandro Valverde      +0.12

5. Wilco Kelderman         +0.25

6. Ion Izagirre                   +0.30

7. Tony Gallopin               +0.33

8. Nairo Quintana            +0.33

9. Steven Kruijswijk        +0.37

10. Enric Mas                   +0.42