Ġorġ Agius, magħruf bħala Ġorġ tal-Mużew, iddaħħal l-isptar Mater Dei din il-ġimgħa fejn qed jingħata l-kura minħabba li s-saħħa tiegħu sejra lura.
Ġorġ għandu 92 sena, u tista’ tgħid qatta’ ħajtu kollha jżur lill-morda u lill-anzjan fl-isptarijiet biex iferraħhom. Ħafna fil-fatt kienu jsibuh bħala “L-Għannej tal-Mulej” minħabba t-taqbiliet ħelwin li kien iwassal lill-pazjenti.
Fost l-aktar frażijiet sinonimi miegħu hemm: “Ġesu’ ħalaqni biex inħobbu, inservih u fl-aħħar ngawdih, mela bir-rispett nitkellem, tiżbaljax meta titkellem.”
Għal 65 sena sħaħ, Ġorġ kien iqum fil-5am biex iżur lil dawn il-morda.
//= $special ?>