Internazzjonali

“Il-pont se nibnuh aħna, u mhux Autostrade per l’Italia” – Toninelli

Il-Gvern Taljan qed jippjana programm ta' interventi fuq il-pontijiet

“Il-kumpanija li tmexxi t-toroq fl-Italja għandha toħroġ il-flus biex jinbena mill-ġdid il-Ponte Morandi ta’ Genova. Iżda x-xogħol se nagħmluh aħna”.

Dikjarazzjoni ċara li saret minn Danilo Toninelli, Ministru Taljan responsabbli mill-Infrastruttura. Hu kien qed jgħaddi dawn il-kummenti waqt intervista fuq l-istazzjon tar-radju Anch’io.

Toninelli insista li tkun ġennata jekk il-kostruzzjoni tal-pont tingħata f’idejn Autostrade per l’Italia.