Ekonomija Lokali Turiżmu

Stħarriġ internazzjonali jiklassifika l-Air Malta bi prodott fqir

Il-livelli ta' sigurta' huma fil-livell ta' linji oħra internazzjonali

Skont l-istħarriġ tal-Airline Ratings, il-linja nazzjonali Air Malta immarkat livell fqir f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodott illi toffri l-kumpanija lill-passiġġieri u t-turisti. Fil-fatt, l-Air Malta ġabet tliet stillel minn sebgħa – li jfisser anqas mil-livell medju.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ sigurta’, l-Air Malta tinsab fl-istess livell ma’ kumpaniji oħrajn. Il-kumpanija Qantas ġiet klassifikata bħala l-aktar linja tal-ajru sigura.

B’kollox, AirlineRatings.com analizzat 409 kumpanija.