Il-ġnien magħruf bħala Misraħ iż-Żernieq f’Ħal Kirkop spiċċa vittma ta’ vandaliżmu sfrenat hekk kif persuna jew persuni mhux magħrufa kissru kull fanal li hemm fil-ġnien.
Dan il-ġnien kien ġie żviluppat bi flus tal-UE, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Rurali.
Residenti Koppin qalulna li jqisu tal-mistħija l-istat li spiċċa fih dan il-ġnien.
Intant, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Kirkop innota dan ir-rapport li sar fuq il-mezzi soċjali rigward dan il-vandaliżmu. Il-Kunsill ikkonferma li l-ħaddiema intbgħatu biex ineħħu l-periklu li seta’ kien hemm konsegwenza ta’ dan l-att vandalu. Il-Kunsill ikkonferma wkoll li ser jieħu l-passi meħtieġa wara li nġibdu l-filmati mill-cameras tas-sigurta’ li hemm fuq il-post.
Il-Pulizija qed jinvestigaw dan il-każ.
//= $special ?>