Aġġornata
Ġlieda kbira kisret il-kwiet tal-lejl fi triq residenzjali f’Ħal Tarxien. Minn informazzjoni li għandu NET News, madwar 20 barranin, aktarx Sirjani, kienu involuti fl-argument li faqqa’ għall-ħabta tad-9pm fi Triq Bjaġu Galea f’Ħal Tarxien.
Residenti li tkellmu magħna qalulna li fil-ġlieda ntużaw numru ta’ armi inkluż numru ta’ skieken. Ftit ħin wara l-ġlieda, l-istess residenti esprimew magħna l-biża’ tagħhom li ma jistgħux joħrorġu mid-dar minħabba s-sitwazzjoni. L-istess residenti qalu li mat-triq kien għad hemm traċċi ta’ dmija.
Filfatt, stqarrija tal-Pulizija li ntbagħtet lill-media aktar tard ikkonfermat li kienet seħħet ġlieda kbira bejn grupp ta’ Sirjani li l-eta’ tagħhom tvarja bejn il-21 u 32 sena.
Il-Pulizija qalet li b’rabta ma’ din il-ġlieda, raġel jinsab l-Isptar isofri minn ġrieħi gravi.
Membri tal-Pulizija fosthom mid-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Il-Pulizija qalet li intużaw armi tal-ħadid u tal-injam kif ukoll arma li taqta’ u bil-ponta.
//= $special ?>