Sport Sport Ieħor

Malta tispiċċa fir-raba’ post f’kompetizzjoni fis-Serbja

It-tim Malti magħmul minn Rodmar Pulis, Keith Azzopardi u Andy Grech spiċċa fir-raba’ post fil-kampjonat KTD Spartak li sar Subotica fis-Serbja. Pajjiżna kkompeta ma’ atleti mill-Ungerija, is-Slovakkja, il-Polonja, il-Kroazja, is-Slovenja, Franza, ir-Rumanija, l-Uganda u l-pajjiż ospitant is-Serbja.

Rodmar Pulis li bħalissa qed iħejji għall-Kampjonat tad-Dinja tal-Unversità fil-Polonja, spiċċa b’refgħa snatch ta’ 103 kilo u falla bi ftit it-tieni u t-tielet tentattiv ta’ 107 kilo. Imbagħad kompla bil-clean and jerk fit-tieni nofs tal-kompetizzjoni b’toal ta’ 142 kilo.

Dan ma kienx l-aħjar riżultat ta’ Pulis fil-kompetizzjoni u iżda wera li tejjeb il-kunfidenza f’kompetizzjoni internazzjonali. Hu se jkompli bit-taħriġ biex jipprepara għall-kompetizzjoni fil-ġimgħat li ġejjin.

Andy Grech kellu wirja pożittiva b’refgħa ta’ 88 kilo snatch u 116-il kilo fil-clean and jerk. L-atleta żagħżugħ Keith Azzopardi kien qed jikkompeti fl-ewwel esperjenza internazzjonali b’refgħa ta’ 85 kilo fis-snatch u 104 kilo fil-clean and jerk.

Il-President tal-Malta Weightlifting Association Jesmond Caruana kien qed jakkumpanja lit-tim Malti fejn anki ta seminars qabel il-kampjonat. Is-seminars sar f’bosta bliet madwar is-Serbja fosthom Belgrad, Bač u Subotica. Is-seminar kien immirat biex jgħallem ir-regoli li jidħlu f’kompetizzjoni tal-weightlifting. L-atleti Maltin kellhom l-opportunità li jitħarrġu mal-atleti Serbi u jingħataw attenzjoni minn kowċis internazzjonali.