Lokali

Mara bi ġrieħi gravi wara li waqgħet f’gandott fil-Ħamrun

Mara ta’ 57 sena qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li waqgħet ġo gandott fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun.

Permezz ta’ stqarrija l-pulzija qalu li l-mara waqgħet għoli ta’ madwar seba’ filati, għal ġo gandott li hemm fl-istess triq.

Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma. Hija ttieħdet b’mod immedjat lejn l-isptar Mater Dei fejn hemm ġiet iċċertifikata l-kundizzjoni tagħha.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.