Internazzjonali

Renzo Piano joffri li jiddisinja l-Pont ta’ Genova

Renzi jrid joffri l-pjanti tiegħu b'donazzjoni

Il-Perit Taljan ta’ fama internazzjonali Renzo Piano offra li jagħmel id-disinn tal-pont il-ġdid li għandu jinbena wara li ġġarraf il-Ponte Morandi ta’ Genova.

Piano insista li hu jħossu f’dover li jagħmel dan il-pass għal belt twelidu.

Fil-fatt, jirriżulta li l-perit Piano diġa’ ħejja numru ta’ proposti għall-pont il-ġdid, li hu arterja prinċipali li tgħaqqad il-port ta’ Genova mal-bqija tal-Italja.

It-Taljan Renzo Piano illum għandu 80 sena, u jibqa’ rinomat għal diversi strutturi li ddisinja fosthom The Shard f’Londra u l-Pompodou ta’ Pariġi. F’pajjiżna, Piano jibqa’ magħruf għall-proġett tad-daħla tal-Belt u l-Parlament il-ġdid.

Il-vann li sar simbolu tat-traġedja