Sport Sport Ieħor

Rudy Molard jitla’ fl-ewwel post fil-klassifika ġenerali ta’ La Vuelta

Rudy Molard (Ritratt: EPA)

L-Awstraljan Simon Clarke rebaħ il-ħames stadju ta’ La Vuelta hekk kif il-Franċiż Rudy Molard ħa post Michal Kwiatkowski bħala l-leader tal-klassifika ġenerali. Clarke rebaħ fi sprint fl-istadju li kien fih 188.7km minn Granada lejn Roquetas de Mar, wara li aktar kmieni kienu parti minn 25 ċiklist li nqatgħu. Clarke kien ilu ma jirbaħ stadju ta’ La Vuelta mill-2012.

L-Olandiż Bauke Mollema spiċċa t-tieni bit-Taljan Alessandro De Marchi temm it-tielet. Molard spiċċa fit-tieni grupp, tmien sekondi aktar lura.

Bil-grupp prinċipali fosthom Kwiatkowski ma jaqsmux il-linja għal kważi ħames minuti wara, Molard kiseb il-flokk l-aħmar b’61 sekonda vantaġġ fuq iċ-ċiklist Pollakk.

“Il-fortuna kienet fuq in-naħa tiegħu. Ma kinitx it-tip tiegħi imma kont hemm u mort għaliha u ħdimt iebes,” qal Molard li għandu 28 sena.

Kif spiċċaw il-ħames stadju

1. Simon Clarke                        4:36.07

2. Bauke Mollema                    +0.00

3. Alessandro De Marchi        +0.00

4. Davide Villella                      +0.08

5. Floris De Tier                       +0.08

6. Rudy Molard                        +0.08

7. Maxime Monfort                 +1.58

8. Jonathan Martinez             +2.00

9. Franco Pellizotti                  +2.00

10. Merhawi Kudus                 +2.00

Klassifika Ġenerali

1. Rudy Molard                        18:27.20

2. Michal Kwiatkowski          +1.01

3. Emanuel Buchmann          +1.08

4. Simon Yates                        +1.11

5. Alejandro Valverde            +1.13

6. Wilco Kelderman               +1.26

7. Ion Izagirre                         +1.31

8. Tony Gallopin                    +1.34

9. Nairo Quintana                 +1.38

10. Steven Kruijswijk            +1.38