Skont l-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), iz-zona mmarkata għall-iżvilupp tal-bypass il-ġdida ta’ Ħ’Attard hija art agrikola u għandha tkun protettat minn kull tip ta’ żvilupp.
Fi Frar ta’ din is-sena l-istess Awrtorita’ irriffjutat permess biex jitwaqqaf billboard fl-istess zona viċin it-traffic lights bir-raġuni mgħotija tkun li z-zona hija waħda agrikola. Barra minn hekk din il-parti ta’ Ħ’Attard hija wkoll barra miz-zona tal-iżvilupp.
L-Attard Residents Environmental Network ħarġet stqarrija fejn fiha rrimarkaw dwar dan il-fatt u dwar il-fatt li l-iżvilupp propost huwa f’zona ODZ.
L-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi s’issa naqset milli tgħid jekk hux se tkun qed topponi l-bini tat-triq f’zona ODZ hekk kif il-proċess ta’ konsultazzjoni jibqa għaddej sal-10 ta’ Settembru.
L-AREN reġgħet appellat lill pubbliku sabiex sa dakinhar jibgħat il-proposti tiegħu lill-Awtorita’ tal-Ippjanar sabiex il-proġett jiġi mtejjeb b’mod li jnaqqas l-impatt ambjentali fuq iz-zona.
Alfred Farrugia, tal-Malta Automobile Club, kien qal li l-bini tal-bypass il-ġdida m’għandiex tirriżulta f’żieda fit-traffiku fiz-zona, iżda l-AREN qed tinsisti li numru ta’ studji juru ċar li toroq ikbar dejjem jirriżultaw f’żieda fit-traffiku.
//= $special ?>