Lokali

Tnejn arrestati wara sejba ta’ kokaina u eroina

Parti mid-droga kienet moħbija f'gallinar

Żewġt irġiel ġew arrestati mill-Pulizija wara sejba ta’ kwantita’ kbira ta’ droga. Il-persuni arrestati huma raġel ta’ 42 sena li hu mis-Siġġiewi, u żagħżugħ ta’ 33 sena minn Ħal Qormi.

Kollox beda lbieraħ wara nofsinhar meta l-Pulizija wettqu raid fuq razzett fis-Siġġiewi, fejn ġie elevat kilo eroina minn gallinar. Fl-istess waqt, instab ammont ta’ droga kokaina f’karozza, li l-propjetarju tagħha hu ż-żagħżugħ minn Ħal Qormi.

Ir-raġel mis-Siġġiewi hu s-sid tar-razzett fejn instabet l-eroina.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta li qed titmexxa mill-Maġistrat Gabriella Vella.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.