Il-President Amerikan Donald Trump wissa li se jkun hemm il-vjolenza fit-toroq Amerikani jekk fl-elezzjonijiet li se jsiru f’Novembru għall-Kamra tar-Rappreżentanti u s-Senat, il-Partit Repubblikan joħroġ tellief.
Waqt laqgħa privata ma’ mexxejja evangeliċi Amerikani, Trump qal li dan il-vot qisu referendum dwar il-libertà tal-kelma u reliġjuża. Huwa wissa li d-drittijiet tal-Amerikani kienu mhedda minn nies vjolenti. L-elezzjonijiet ta’ Novembru, magħrufa bħala l-mid-term elections,u jsir għall-435 membru li hemm fil-Kamra tar-Rappreżentanti u 35 siġġu mill-100 li hemm fis-Senat. Dan, flimkien ma’ 36 mill-50 kariga ta’ Gvernatur u diversi karigi fuq livell statali u lokali.
Sadattant il-Google, il-Facebook u t-Twitter spiċċaw fil-mira tal-President Donald Trump hekk kif wissa li dawn għandhom ikunu attenti ħafna fl-aġir tagħhom għax kienu se jispiċċaw fl-inkwiet. Trump dan l-aħħar ikkritika lil dawn il-kumpaniji talli qed jaġixxu kontra l-interessi tiegħu u tal-partitarji tiegħu talli jwarrbu u jaħbu l-affarijiet
//= $special ?>

