Sport Sport Ieħor

Valletta jiftħu l-impenji llum fil-UEFA Futsal Champions League

Il-plejers ta' Valletta jitħarrġu waqt l-aħħar sessjoni ta' taħriġ

Iċ-champions lokali tal-futsal Valletta llum ikunu impenjati fl-ewwel logħba minn Grupp E tal-UEFA Futsal Champions League. Il-Beltin illum se jkunu qed jilagħbu kontra Cosmos Tallinn tal-Estonja qabel konfronti kontra Futsamba Naas tal-Irlanda u l-ospitanti Veles tal-Maċedonja.

It-triq għal Valletta mhix waħda faċli hekk iċ-champions lokali se jilagħbu ma’ tliet timijiet li huma kollha champions ta’ pajjiżhom. Il-mira ta’ Valletta hi waħda ċara, dik li jikkwalifikaw għar-rawnd prinċipali tal-kompetizzjoni, iżda biex jagħmlu dan iridu li jispiċċaw rebbieħa tal-grupp.

L-iskwadra ta’ 15-il plejer

Gowlkipers: Tornike Bukia, Brandon Debono, Stefan Vella

Difensuri: Murtaz Kakabadze, Jovica Milijic, Redeemer Borg

Wingers: Camilo Gomez, Yeray Hernandez Gutierrez, Ninoslav Aleksic, Melvin Borg, Mohammed Elamari, Dylan Musu

Pivots: Gia Nikvashvili, Denis Di Maio, Shawn Vella

L-impenji ta’ Valletta fil-UEFA Futsal Champions League

Illum

Valletta v Cosmos                   5.30pm

Għada

Futsambas Naas v Valletta   5.30pm

Is-Sibt 1 ta’ Settembru

Valletta v Veles                       8.00pm