Ambjent Lokali

11-il telephone box se jiġu restawrati

Dawn il-kaxxi ħomor għadhom simbolu tal-era Brittannika

It-telephone boxes tradizzjonali li huma ikoniċi tal-Belta Valletta se jiġu restawrati. Dan tħabbar mill-Awtorita’ tal-Ippjanar fi stqarrija.

B’kollox fil-kapitali hemm 11-il telephone box, ħafna minnhom mifruxa fi Triq ir-Repubblika u Triq il-Merkanti. Uħud minn dawn il-gabbani tat-telefown imorru lura għal żmien it-Tieni Gwerra.

Biex jiġu restawrati, dawn it-telephone boxes se jinqalgħu mill-Belt u jittieħdu f’post apposta fejn se jsir ix-xogħol.