L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-estensjoni tat-torrijiet Quad Towers fl-Imrieħel biex b’hekk il-kumpless se jkollu parkeġġ għall-karrozzi taħt l-art, supermarket u għadd ta’ spazji kummerċjali.
Minkejja li l-għoli tal-binja se tibqa’ l-istess, l-estensjoni se żżid iż-żona totali tal-iżvilupp b’madwar 20%, minn 42,000 għal 51,000 metru kwadru.
Il-proġett ta’ €70 miljun minn Tumas u Gasan holdings, li jikkonsisti f’4 torrijiet ta’ bejn 14 u 19-il sular kull wieħed, kien approvat fost ħafna kontroversji mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-2016. Bosta gruppi ambjentali oġġezzjonaw iżda dawn ġew miċħuda mill-bord tal-appell f’Mejju li għadda.
Dawn il-gruppi lmentaw li l-Imrieħel ma kienx inkluż fil-liġi li tirregola l-binjiet high-rise meta ġiet ippubblikata għall-konsultazzjoni pubbliku u għalhekk il-pubbliku ma kellux l-opportunità li jikkummenta dwar jekk is-sit huwiex xieraq għall-proġetti bħal dawn.
Għalkemm l-estensjoni approvata mill-ġdid ma ħolqitx daqshekk kontroversja, ritratti li juru l-binjiet u li kienu sottomessi mill-iżviluppaturi fil-proċess il-ġdid tal-ippjanar nissel tħassib dwar l-impatt viżwali kollu.
//= $special ?>