Sport Sport Ieħor

It-tieni rebħa għal Valletta fil-UEFA Futsal Champions League

Ritratt: Martin Agius

Valletta komplew il-bidu pożittiv fi Grupp E tal-UEFA Futsal Champions League b’rebħa tajba ta’ 5-0 kontra Futsamba Naas, biex b’hekk komplew jersqu lejn il-kwalifikazzjoni.

Il-Beltin kellhom bidu tajjeb meta fetħu l-iskor fit-tielet minuta b’xutt mid-distanza ta’ Murtaz Kakabadze u Denis Di Maio rdoppja fit-tmien minuta wara li skorja mir-rebound. L-iskor kompla jikber minuta b’azzjoni personali ta’ Ninoslav Aleksic bil-Beltin jidħlu jistrieħu 3-0.

Camilo Gomez għamilhom 4-0 fis-27 minuta wara li skorja minn kontrattakk tajjeb, biex is-Serb Aleksic ssiġilla r-rebħa fit-38 minuta b’xutt fil-baxx.

Valletta jilagħbu l-aħħar logħba mill-Grupp is-Sibt li ġej fit-8.00pm kontra Veles tal-Maċedonja. B’rebħa huma jikkwalifikaw għar-Rawnd Prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League.

Tags