L-attur Franċiż Gerard Depardieu qed jiffaċċja akkużi ta’ stupru u aggrediment sesswali li — skont ma qalu s-sorsi ġudizzjarji — tressqu minn attriċi żgħażugħa.
Intant, l-avukat ta’ Depardieu qal li l-klijent tiegħu ‘qed jiċħad kompletament għal dawn l-akkużi infondati’.
Mifhum li l-allegazzjonijiet kontra l-attur ta’ 69 sena tressqu formalment lill-pulizija. Ma ngħatawx wisq dettalji u għalissa magħruf biss li ‘l-attriċi li għamlet l-akkużi għandha 22 sena’. Qed ikun allegat ukoll li ‘ir-reati’ kienu saru ftit ġranet ilu f’waħda mir-residenzi ta’ Depardieu.
Gerard Depardieu hu wieħed mill-aktar atturi famużi li qatt ħarġu minn Franza u jibqa’ magħruf għall-partijiet tiegħu f’diversi films rinomati bħal Cyrano de Bergerac u Jean de Florette.
//= $special ?>

