Is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jħabbar li l-istaġun tal-kaċċa fil-ħarifa għall-għasafar minn fuq l-art se jiftaħ fl-1 ta’ Settembru, filwaqt li dak tal-kaċċa minn fuq il-baħar se jiftaħ fl-1 t’Ottubru.
L-istaġun se jagħlaq fil-31 ta’ Jannar 2019 (iż-żewġ dati inklużi). L-istaġun tal-ħarifa qiegħed jinfetaħ skont il-parametri u l-provedimenti legali kif stipulati fil-Regolament dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi u avviżi legali rispettivi oħra.
Permezz ta’ stqarrija, il-Gvern qal illi permezz ta’ kordinament bejn il-Wild Bird Regulation Unit u l-Pulizija, l-infurzar ser ikompli jkun aktar kordinat.
//= $special ?>