Permezz ta’ ittra datata 28 ta’ Frar 2018, Autostrade per l’Italia kienet diġa’ avzat lill-Gvern dwar l-istruttura tal-Ponte Morandi. Dan kien żvelat b’mod esklussiv mill-magazine awtorevoli L’Espresso. L-ittra ta’ sitt xhur ilu kienet intbgħatet minn Michele Donferri Mitelli, li hu d-direttur ta’ Autostrade responsabbli mill-manutenzjoni.
Dan ifisser li l-ittra intbgħatat ftit tal-jiem biss qabel l-elezzjoni fl-Italja li ġabet bidla fil-Gvern.
L’Espresso kiseb kopja ta’ dawn id-dokumenti illi diġa’ jinsabu għand il-Prokuratur li qed imexxi l-inkjesta. Fit-traġedja tal-Ponte Morandi li krolla nhar l-14 t’Awwissu li għadda mietu 43 persuna.
L-istess magazine jiżvela li bejn is-6 ta’ Frar u t-13 ta’ April, Autostrade bagħtu b’kollox 5 ittri lill-Ministeru tat-Trasport dwar il-kundizzjoni tal-pont.
//= $special ?>