Illum f’Monaco telgħu l-poloz tat-tmien gruppi tal-UEFA Champions League. Fost il-gruppi jispikkaw Gruppi B, Ċ u H li jinvolvu timijiet rinomati u ta’ livell.
It-tmien gruppi huma dawn:
Grupp A – Atletico Madrid , Borussia Dortmund , Monaco , Club Brugge
Grupp B – Barcelona , Tottenham Hotspur , PSV Eindhoven , Inter
Grupp C – Paris Saint Germain , Napoli , Liverpool , Red Star Belgrade
Grupp D – Lokomotiv Moscow , Porto , Schalke 04 , Galatasaray
Grupp E – Bayern Munich, Benfica , Ajax , Aek Athens
Grupp F – Manchester City, Shaktar Donetsk , Olympique Lyon , Hoffenheim
Grupp G – Real Madrid, Roma , Cska Moscow , Viktoria Plzen
Grupp H – Juventus , Manchester United , Valencia , Young Boys
Waqt is-serata ngħataw ukoll unuri oħra. Il-President’s Award intrebaħ mill-eks plejer Ingliż David Beckham. Dominju minn Real Madrid fl-unuri l-oħra. Keylor Navas rebaħ l-aqwa gowlkiper tal-istaġun, Sergio Ramos rebaħ l-aqwa difensur tal-istaġun, Luka Modric rebaħ l-aqwa midfielder filwaqt li Cristiano Ronaldo li l-istaġun li għadda kien għadu maċ-champions Ewropej, rebaħ l-aqwa attakkant. Il-midfielder Luka Modric rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-UEFA wara li għeleb l-isfida ta’ Mohamed Salah u Cristiano Ronaldo.
//= $special ?>