Lokali

Maltija tirbaħ kważi €100,000

Tiddeskrivi l-mument meta qalulha li rebħet

“Inħossni ferħana se ntir”. Hekk stqarret mara Maltija li aktar kmieni din il-ġimgħa rnexxielha tirbaħ is-somma ta’ €97,000 mis-sit Jackpot.com meta telgħu 5 minn numri li lagħbet fuq EuroMillions.

F’intervista li ġiet ippublikata online r-rebbieħa ta’ dan il-premju qalet li għall-ewwel meta ċemplulha ħasbitha ċajta.

“Ħsibt li ċ-ċifra forsi kienet €9,700 meta fil-fatt kont irbaħt €97,000. Imbgħad għidt lir-raġel jiċċekja għax ma stajtx nemmen.”

Hi qalet illi li kieku kien għaliha, tonfoq il-flus mal-ewwel. Imma l-Maltija ddedikat din ir-rebħa għall-familja tagħha; ir-raġel, it-tifel u n-neputija.