Illum wara nofsinhar is-sewwieq Noel Baldacchino ħalla pajjiżna lejn is-Serbja biex is-Sibt jirrappreżenta lill-pajjiżna fit-tielet tappa tal-Kampjonat tal-Mediterran għas-sewwieqa tat-trott.
Baldacchino se jkun qed jaspira li jkompli fejn ħallew il-kollegi tiegħu li rrappreżentaw lil Malta fl-ewwel żewġ tappi li saru f’Malta u r-Russja.
It-tiġrija li se ssir fil-korsa ta’ Pozarevac Hipodrom KD “Knez Mihailo”. Apparti Baldacchino, se jieħdu sehem Martin Cormy għal Franza, Francesco La Rosa għall-Italja, Bolshakov Grenadii għar-Russja u Branislav Mukic għas-Serbja. Barra minn hekk ġew mistiedna wkoll sewwieqa mill-Irlanda, ir-Rumanija u l-Bulgarija bħala mistednin speċjali.
Fit-tiġrija li se ssir fuq distanza ta’ 1600 metru, hemm miktuba dwieb Franċiżi però dawn jiġu abbinati mas-sewwieqa stess. Baldacchino hu akkumpanjat miċ-chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg.
//= $special ?>