Jidher li l-kumpanija Benna qed taħdem fuq pjan biex b’mod imminenti jiżdied il-prezz tal-prodotti tal-ħalib. Dan ġie żvelat illum mill-ġurnal Times of Malta.
Meta mistoqsija mill-media dwar dan il-pjan, Benna qalet biss li l-informazzjoni hi strettament konfidenzjali.
Il-kelma diġa’ ġriet sew dwar din il-mossa li se tagħmel il-kumpanija. Tant li d-distributuri u ħwienet tal-merċa qed jitkellmu ċar mal-konsumaturi dwar il-fatt li l-prezz tal-ħalib se jgħola dalwaqt.
Żieda fil-prezz tal-ħalib żgur se tkun daqqa ta’ ħarta għall-familji u l-anzjani li jikkunsmaw dan il-prodott bażiku. U daqqa akbar meta tqis iż-żidiet riċenti fil-prezz tal-ħobż, fil-prezzijiet tal-fules, u anke fil-prezz tal-pastizzi.
//= $special ?>