Raġel mis-Siġġiewi li jinsab akkużat b’pussess aggravat ta’ droga inżamm arrestat wara li l-Qorti ma laqgħatx talba għall-ħelsien mill-arrest.
Horace Fenech ta’ 42 sena tressaq il-Qorti wara li nstab madwar kilo droga eroina f’gallinar fir-razzett tiegħu fis-Siġġiewi wara raid li saret mill-Pulizija nhar it-Tlieta.
Fenech kien akkużat ukoll b’pussess ta’ droga kannabis u li hu reċidiv. L-imputat wieġed mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
Minbarra li ma laqgħatx it-talba għall-ħelsien mill-arrest, il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Marseanne Farrugia, ordnat li jkunu ffriżati l-assi tal-akkużat.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Frank Tabone u Joseph Scerri filwaqt li l-Avukat Raisa Colombo dehret għal Fenech.
//= $special ?>