Il-kumpanija Malta Freeport Terminals ħabbret li matul il-lejl li għadda poġġiet struttura protettiva fil-baħar bħala prekawzjoni wara li fil-Bajja s-Sabiħa kien hemm tniġġis minn żejt tat-tisjir (crude corn oil).
Dan l-inċident seħħ wara li ntlaqat kontejner aċċidentalment.
Spezzjonijiet urew li t-tniġġis ma wasalx sal-parti fejn hemm ir-ramel, li hi l-parti li fiha jsir l-għawm. Iżda l-Freeport xorta ma ħax riskji, u applika miżuri imminenti ta’ prekawzjoni.
Il-kumpanija insistiet li fil-baja ma hemm l-ebda riskji għall-għawwiema.
//= $special ?>