Wara jiem ta’ investigazzjonijiet u osservazzjonijiet mill-Pulizija, wasslu għall-arrest ta’ 12-il persuna mill-Georgia.
Filfatt, wieħed minn dawn it-tnax-il persuna se jitressaq taħt arrest il-Qorti quddiem il-Maġistrat Monica Vella.
L-irġiel ġew arrestati wara li l-investigazzjoni bdiet b’rappori ta’ serq minn diversi residenzi madwar il-gżejjer Maltin. L-ewwel raġel li se jitressaq illum se jkun akkużat b’serq u b’involviment fi kriminalità organizzata.
L-investigazzjonijiet tmexxew mill-Ispettur Lydon Zammit u mill-Ispettur Christine Delia.
//= $special ?>