Lokali

Erba’ karozzi jġarrbu ħsarat f’nirien f’Bormla

Il-Pulizija qed tinvestiga nar li beda minn vettura tat-tip BMW f’każ li seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-01:50 fi Triq Karmenu Mifsud Bonnici, f’Bormla.

Jirriżulta li sakemm fuq il-post waslu uffiċjali mill-Protezzjoni Ċivili, in-nar kien laħaq affettwa wkoll tliet vetturi oħra li wħud minnhom inqerdu għalkollox waqt li waħda minnhom kellha ħsara fil-parti ta’ wara tagħha.

Dwar dan il-każ infetħet ukoll inkjesta maġisterjali, immexxija mill-Maġistrat Marseanne Farrugia.