Sport Sport Ieħor

FILMAT: Il-gowls fir-rebħa ta’ Valletta Futsal fuq Futsamba Naas

Ilbieraħ Valletta kisbu t-tieni rebħa minn żewġ logħbiet fi Grupp E tal-UEFA Futsal Champions League b’rebħa konvinċenti ta’ 5-0 fuq Futsamba Naas. B’din ir-rebħa l-Beltin jinsabu b’sitt punti daqs Veles tal-Maċedonja, biż-żewġ timijiet jilagħbu kontra xulxin għada fit-8.00pm. Ir-rebħa f’din il-logħba tfisser kwalifikazzjoni għar-Rawnd Prinċipali.

Il-Beltin kellhom bidu tajjeb meta fetħu l-iskor fit-tielet minuta b’xutt mid-distanza ta’ Murtaz Kakabadze u Denis Di Maio rdoppja fit-tmien minuta wara li skorja mir-rebound. L-iskor kompla jikber minuta b’azzjoni personali ta’ Ninoslav Aleksic bil-Beltin jidħlu jistrieħu 3-0.

Camilo Gomez għamilhom 4-0 fis-27 minuta wara li skorja minn kontrattakk tajjeb, biex is-Serb Aleksic ssiġilla r-rebħa fit-38 minuta b’xutt fil-baxx.

Filmati: Evan Abela

Tags