Lokali

FILMAT: Jisirqu vann tal-monti minn quddiem residenza f’Birżebbuġa

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa ta’ vann tat-tip Toyota LiteAce mgħobbi bl-affarijiet, proprjetà ta’ bejjiegħ tal-monti.

Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, għall-ħabta tas-02:30, meta persuna tidher għal ħin twil tipprova tiżgassa l-bieba tal-vann. Meta r-raġel irnexxielu, hu jidher dieħel fuq ġewwa, jistartja l-vann u jitlaq bih b’kollox.

Fil-filmat jidher vann ieħor simili li hu maħsub li ntuża minn kompliċi tal-ħalliel, li fil-filmat ukoll jidher jassisti lill-ħalliel billi jimbutta l-vann ripetutament bl-iskop li dan jistartja.

Net News hu nfurmat li fl-aħħar ġimgħat kien hemm każi oħra simili, fejn vannijiet tal-istess għamla jew simili nsterqu minn lokalitajiet differenti.

Min jara l-vann, bin-numru tar-reġistrazzjoni DAS 771, qed jintalab jgħaddi l-informazzjoni lill-Pulizija.

https://www.facebook.com/christopher.busuttil1/posts/2144632085578540?__xts__%5B0%5D=68.ARB2GZp87ucebserNjT6ZzbBqYalj3EGJ5xoBWmuNPRdS94SRqF-xjDVzXo-0A73p_225jGUdtnqnGLmQYJ60SoihOlUoOJoXa4HNNdy_dg8yzJ8oKOZi_I6lrg6ZTWIhsUINEDTutDjZRyn00bNWvi-gIuEGtIYn8Rt4DaAcdp24NJv3sfOAg&__tn__=C-R