Lokali

FILMAT: Raġel li fil-passat inqabad jisraq minn diversi ħwienet jerġa’ jagħmilha!

Il-Pulizija mill-ġdid qed tinvestiga raġel li nqabad jisraq diversi oġġetti minn sezzjoni ta’ oġġetti għall-kura personali f’ħanut.

Il-każ seħħ iktar kmieni llum, ftit qabel nofsinhar, bir-raġel jinqabad minn kameras tas-sigurtà tal-istess ħanut waqt li jiġbor l-oġġetti minn fuq l-ixkafef u jdaħħalhom fil-qalziet.

Net News hu nfurmat li dan hu l-istess raġel, Malti, li nqabad jisraq bl-istess mod għal diversi drabi, tant li biss biss dan l-istazzjon ħareġ mill-inqas żewġ filmati ta’ każi simili. F’wieħed minn dawn il-każi, informazzjoni li waslet għand dan l-istazzjon kienet li r-raġel spiss deher jgħix barra f’Birkirkara.

Hu kien inqabad fiż-żewġ każi preċedenti u għalhekk ir-raġel hu magħruf mal-Pulizija, għalkemm mhux magħruf x’azzjoni kienet ittieħdet.

FILMAT: Idur f’ħanut jisraq il-fliexken tal-alkoħol

FILMAT: Jisraq minn ħanut billi jaħbi l-oġġetti fil-qalziet