Iż-żagħżugħa Francesca Curmi se tikkompeti fit-tielet Grand Slam ta’ din is-sena hekk kif se tilgħab fit-tournament prinċipali tal-Open tal-Istati Uniti tal-Juniors, jiġifieri mal-aqwa 64 fid-dinja. It-tournament se jsir bejn it-2 u d-9 ta’ Settembru fil-Billie Jean King National Tennis Centre, post li normalment iżuruh 700,000 dilettant tat-tennis fis-sena.
Il-poloz tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni saru lbieraħ filwaqt li l-polza prinċipali tal-64 tennista se ssir għada. Hi kienet kwalifikat b’suċċess għar-rawnd prinċipali tar-Roland Garros u Wimbledon.
Francesca Curmi li għalqet 16-il sena f’Lulju li għadda, tinsab mal-aqwa 70 fir-rankings ta’ taħt it-18-il sena. Permezz ta’ din il-kisba, Curmi kienet mistiedna u magħżula mill-Federazzjoni Internazzjonali tat-Tennis biex tipparteċipa f’dawn it-tipi ta’ tournaments.
Dan wassal biex telgħet fit-58 post fir-rankings tad-dinja. Fl-aħħar żmien Francesca Curmi ħadet sehem f’kamp ta’ taħriġ f’Washington flimkien ma’ uħud mill-aqwa tennisti żgħażagħ tal-Istati Uniti.
//= $special ?>