Lokali

Il-ħin tas-sajf se jibqa’ tul is-sena kollha?

Il

Skont riżultati inizjali li ġew ippubblikati mill-Kummissjoni Ewropea, 84% tal-Ewropej jixtiequ li jinżamm il-ħin tas-sajf tul is-sena kollha.

Dan ħareġ minn stħarriġ li għamlet il-Kummissjoni fuq kampjun ta 4.6 miljun parteċipant minn 28 pajjiż membru. Dan kien l-akbar numru ta’ parteċipanti kemm ilha tagħmel stħarriġ il-Kummissjoni. Skont 76% tal-parteċipanti, il-qlib tal-ħin hija ‘esperjenza negattiva’

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker qal li miljuni ta’ ċittadini jixtiequ li l-qlib tal-ħin jieqaf u la n-nies iridu hekk, dan għandu jseħħ.

Kumitat Parlamentari fil-Finlandja is-sena li għaddiet talbet lill-gvern biex ipoġġi pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea biex titwaqqaf is-sistema tal-qlib tal-ħin. Madankollu l-Finlandja jixtiequ li l-ħin jinżamm dejjem dak tax-xitwa.

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewroprew tgħid li hija kruċjali li tinżamm konsistenza madwar il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni madankollu qalet li l-pajjiżi jistgħu jitħallew jagħżlu huma jekk jibqgħux jaqilbu l-ħin jew le, għalkemm wissiet li nuqqas ta’ konsistenza fil-ħinijiet bejn il-pajjiżi jista jkollha effetti negattivi fuq l-ekonomija.

Biex tgħaddi din il-liġi, jrid ikun hemm l-approvazzjoni tat-28 gvern tal-pajjiżi u l-MEPs.

Is-sistema tal-qlib tal-ħin għal dak tas-sajf kienet idaħħlet fl-1980 fuq bażi li din il-bidla tgħin tnaqqas l-ispejjeż fl-enerġija.