Futbol Sport

Jitilgħu l-poloz tal-gruppi tal-UEFA Europa League

(Ritratt: EPA)
Antoine Griezmann jirbaħ l-unur tal-Aqwa Plejer tal-Europa League 2017/2018

Ftit tal-ħin ilu telgħu f’Monaco telgħu l-poloz tat-12-il grupp tal-UEFA Europa League fejn fost it-timijiet l-aktar rinomati hemm it-timijiet Ingliżi ta’ Arsenal u Chelsea u dawk Taljani Milan u Lazio. Fost l-aktar gruppi bilanċjati hemm Gruppi B u G.

Grupp favorevoli għal Arsenal, Milan u Chelsea, iżda mhux l-istess jista’ jingħad għal Lazio li telgħu fi Grupp H kontra l-Franċiżi Olympique Marseille u l-Ġermaniżi Eintracht Frankfurt. Fil-grupp hemm ukoll Apollon Limassol li magħhom jilgħab il-Malti Andrè Schembri fejn għandu l-possibbiltà li jilgħab fi Stadio Olimpico, fi Stadium Velodrome u l-Waldstadion.

Qabel it-tlugħ tal-poloz sar magħruf li l-Franċiż ta’ Atletico Madrid Antoine Griezmann rebaħ l-aqwa plejer tal-Europa League tal-istaġun li għadda.

Il-gruppi kollha

Grupp A – Bayer Leverkusen, Ludogorets, Zurich, AEK Larnaca

Grupp B – Red Bull Salzburg, Celtic, Leipzig, Rosenborg

Grupp C – Zenit, FC Copenhagen, Bordeaux, Slavia Praga

Grupp D – Anderlecht, Fenerbahce, Dinamo Zagreb, Spartak Trnava

Grupp E – Arsenal, Sporting Lisbon, Qarabag, Vorskla

Grupp F – Olympiacos, Milan, Real Betis, Dudelange

Grupp G – Villarreal, Rapid Vienna, Spartak Moscow, Rangers

Grupp H – Lazio, Olympique Marseille, Eintracht Frankfurt, Apollon Limassol

Grupp I – Besiktas, Genk, Malmo, Sarpsborg

Grupp J – Sevilla, Krasnodar, Standard Liege, Akhisar

Grupp K – Dynamo Kyiv, Astana, Rennes, Jablonec

Grupp L – Chelsea, PAOK, BATE Borisov, Vidi