Diversi kantanti u mużiċisti magħrufa, fosthom il-grupp The Four Tops u Patti Labelle, ħadu sehem f’kunċert bit-tema ‘A People’s Tribute to the Queen’ biex isellmu lill-memorja tal-kantanta tas-soul leġġendarja Aretha Franklin.
Franklin mietet mill-kanċer fis-16 ta’ Awwissu, fl-età ta’ 76 sena.
Intant, it-‘tribute concert’ li sar sigħat ilu fil-belt ta’ Detroit, kien jinkludi ismijiet kbar tal-mużika soul, gospel, jazz u blues li fl-aħħarnett ingħaqdu flimkien biex ikantaw ‘Respect’; il-kanzunetta li tibqa’ sinonima mal-mibkija kantanta.
Fil-preżent għaddej il-funeral ta’ Aretha Franklin fil-knisja ta’ Detroit u meta hi se tindifen fl-istess post fejn, fl-2005, sar il-funeral ta’ Rosa Parks, li kienet ikona tad-drittijiet ċivili.
Il-kelliema waqt il-funeral ta’ Franklin jinkludu fost oħrajn lill-eks President Amerikan Bill Clinton u l-kantanti Stevie Wonder, Jennifer Hudson u Smokey Robinson. (Ritratt: EPA)
//= $special ?>

