Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u tal-Kooperazzjoni Internazzjonali Enzo Moavero Milanesi ċempel lill-Ministru Carmelo Abela biex jitlob skuża wara li
Pulizija fl-Italja għajjar lill-Ambaxxatriċi Maltija għall-Italja Vanessa Frazier bħala “prostituta tan-night clubs.’
L-awtoritajiet Taljani mistennija jieħdu passi fil-konfront ta’ dan il-Pulizija minn Adria, fl-Italja, Mauro Maistro. L-Ambaxxatur Taljan f’Malta, Mario Sammartino, ukoll ikkuntattja lill-Ambaxxatriċi Frazier fejn esprima s-solidarjetà tiegħu.
Il-ħtija ta’ Frazier hi sempliċiment li ntalbet tintervjeni waqt programm Taljan dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, fejn fost oħrajn iddikjarat li mhux ħtija ta’ Malta li Alla poġġa lill-Italja bejn pajjiżna u l-Afrika.
L-attakk fuq Frazier mhux l-uniku minn Maistro, li f’posts oħra attakka lill-mejtin, l-immigranti, tfajliet li ġew sekwestrati u wkoll diversi istituzzjonijiet Taljani. L-attakki ta’ Maistro wasslu għal kontroversja tant kbira li kellu jħassar kollox ftit tal-ħin wara.
//= $special ?>