Internazzjonali

L-Ukrajna: Jinqatel kap separatista fi splużjoni

Alexander Zakharchenko, li kien imexxi lis-separatisti ta’ Donetsk li huma appoġġjati mir-Russja, inqatel ftit tal-ħin ilu fi splużjoni li qerdet kafeterija.

Intant, xi Ukreni li kienu suspettati dwar l-attakk spiċċaw arrestati meta huma kienu qrib is-sit tal-isplużjoni.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fir-Russja qal li jissuspetta fil-Gvern tal-Ukrajna bħala ‘l-ixprun wara l-qtil tal-kap separatista’.

Alexander Zakharchenko kien ilu s-snin isem magħruf fost ir-ribelli li huma favur ir-Russja u li huma bażati fil-Lvant tal-Ukrajna. Dawn ir-ribelli li qed jokkupaw ir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk ma jridux jirrikonoxxu lill-Gvern Ukren fi Kjev.

Sadanittant, ir-rapporti qalu li Alexander Timofeyev, il-‘ministru tal-finanzi’ tas-separatisti Ukreni, spiċċa midrub fl-istess splużjoni ġewwa l-kafeterija.