MyHurryApp, app li għandha tgħin lil dawk li qed ifittxu li jagħtu jew li jutilizaw servizz.
NetNews tkellem ma’ Matthew Borg Carr, il-kreatur tal-istess application fejn qalilna aktar fuq l-għan tagħha. Huwa qalilna li din l-app se tiffaċilità l-ħajja tal-ħafna, hekk kif din se tgħinek aktar biex tfittex servizz. Per eżempju din l-app jekk int se tfittex bajjad bħala servizz, l-istess app se tipprovdilek lil dawk li qed jipprovdu dan is-servizz, iżda fl-istess waqt qed tgħidlek liema huma dawk li jistgħu jipprovdu s-servizz fit-tali ħin mitlub, u fil-post li huwa mitlub. L-app se tibda tiffunzjona mill-1 ta’ Settembru.
Wieħed jista’ japplika biex jagħti jew jieħu s-servizz permezz tal-app. Bħaliss hemm numru ta’ negozji li ġa qed joffru s-servizz anki permezz ta’ din l-applikazzjoni iżda kif ukoll kull ma jmur kemm dawk li qed jużaw is-servizz u dawk li qed jipprovdu, in-numru qed jiżdied kontinwament.

Fi ftit kliem il-MyHurryApp qed toħloq ukoll fi kliem sempliċi forma ta’ forum, fejn anki meta jkun hemm l-offerti, int tirċievi notifiki. L-istess app ukoll għandha l-features li tigwidak lejn is-servizz li tixtieq anki permezz ta’ mappa.
Biex taħdem fuq app bħal din Matthew qalilna li trid ħafna ħin, u iżda għamel żmien iqatta’ 80 siegħa fil-ġimgħa jaħdem fuq din l-app. Infatti huwa waqaf mix-xogħol full-time li kellu biex ikun jista’ jiffoka fuq din l-app b’mod speċifiku. Huwa hawn ma naqasx milli jirringrazzja lil martu għall-kuraġġ u s-sapport kontinwu.
Matthew qalilna li s’issa jidher li din l-app qed tħalli l-frott hekk kif din l-istess app ġabret interess anki minn barra minn xtutna.
It-tnedija ta’ din l-istess app se ssir illum fil-JCMB Bar & Grill fis-7.30pm. Fl-istess tnedija se jkun hemm l-opportunità li n-nies jistaqsu u jiltaqgħu wkoll man-negozji li se jkunu jew jagħmlu parti mill-istess app.
Preżenti se jkun hemm membri mill-GRTU u kif ukoll Kristy Debono kelliem għall-Oppozizzjoni dwar l-Ekonomija, servizzi Finanzjarji u l-Innovazzjoni.
//= $special ?>