Diversi residenti Skalin u dawk li ssoltu jżuru l-Bandli fi Pjazza Mifsud Bonnici, f’Marsaskala, fl-aħħar jiem spiċċaw f’sitwazzjoni fejn m’għadhomx imorru hemm ma’ wliedhom. Dan minħabba ammont qawwi ta’ drenaġġ, li issa ilu ħiereġ għal dawn l-aħħar ġimgħatejn.
Minn informazzjoni li kiseb NET News jirriżulta li wara investigazzjonijiet li saru mill-awtoritajiet responsabbli, kien stabbilit li d-drenaġġ qed joħroġ minn blokk appartamenti li tinsab fil-qrib. Iżda minkejja li kienu identifikati l-post u kemm ilu jnixxi drenaġġ, sal-lum baqa’ ħadd ma ħa passi.
Kawża ta’ dan, minn juża’ l-bandli u min iżur ristoranti fil-viċin qed ikollhom l-inkonvenjent qawwi minħabba li ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat mgħarrqa mid-drenaġġ. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala qal li se jkun qed jippubblika stqarrija dwar din is-siteazzjoni.
B’hekk ikun stabbilit x’qed iwassao għal din is-sitwazzjoni xejn pjaċevoli għal min normalment iżur dawn il-bandli.
//= $special ?>