Sport Sport Ieħor

FILMAT: Valletta b’tama li jikkwalifikaw għar-rawnd prinċipali tal-UEFA Futsal Champions League

Illum Valletta se jkunu qed jippruvaw jiksbu t-tielet u l-aħħar rebħa minn Grupp E meta jaffrontaw lil Veles tal-Maċedonja. Fl-ewwel żewġ logħbiet, il-Beltin għelbu lil Cosmos tal-Estonja 4-2 u lil Futsamba Naas tal-Irlanda 5-0

F’dawn il-logħbiet kellhom prestazzjonijiet konvinċenti li fihom mexxew il-ballun tajjeb filwaqt li kellhom pussess aktar mill-avversarji. Fiż-żewġ logħbiet kellhom bidu tajjeb meta skorjaw wara tliet minuti permezz ta’ Murtaz Kakabadze, sintomu li Valletta kellhom bidu determinat immexxija mill-kowċ Xavier Saliba.

Kontra Cosmos kienu jinsabu 2-0 minn fuq u dehru fil-kontroll sakemm kienu milħuqa mill-avversarji b’żewġ gowls lejn tmiem l-ewwel taqsima u l-bidu tat-tieni taqsima.

Fit-tieni logħba huma kellhom bidu tajjeb fejn sal-ewwel nofs l-ewwel taqsima kienu jinsabu 3-0 minn fuq. Żgur li l-barranin li hemm fit-tim Beltin huma ta’ għajnuna hekk kif minbarra l-aspett difensiv, huma skorjaw id-disa’ gowls skorjati minn Valletta.

Tags