L-Awtoritajiet tas-Saħħa avżaw lin-nies biex jaħslu l-frott u l-ħaxix tagħhom sew qabel jipproċessawhom u jikkunsmawhom.
L-avviż ħareġ wara l-avvenimenti tal-Ġimgħa meta l-impjant tal-Magħtab inħakem minn nirien kbar li ħallew warajhom dħaħen qawwija fis-sema.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qal li minħabba possibiltà ta’ depożiti ta’ materjal maħruq fuq uċuħ diversi żoni affettwati, in-nies għandhom jieħdu l-prekawzzjonijiet meħtieġa meta jipproċessaw il-frott u l-ħaxix – fosthom billi l-ikel jiġi maħsul sew.
Sadanittant, l-awtoritajiet qalu li qed jelevaw kampjuni minn żoni differenti biex issir analiżi aktar dettaljata.
L-impjant tal-Wasteserv fil-Magħtab beda għall-ħabta tas-6.20 ta’ filgħodu iżda kellhom jgħaddu sigħat sħaħ qabel is-sitwazzjoni tpoġġiet taħt kontroll minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Għal ħin twil, inħareġ avviż biex residenti fiż-żoni tal-madwar jagħlqu t-twieqi u ma jesponux ruħhom għad-dħaħen. Filfatt, id-dħaħen kbar u suwed ħakmu bosta lokalitajiet u dan wassal biex kellu jinħareġ avviż ieħor biex dawk li jesperjenzaw xi problemi fin-nifs minħabba d-dħaħen jitkellmu ma’ tabib immedjatament.
//= $special ?>FILMATI U RITRATTI: Nar jaħkem l-impjant tal-Wasteserv fil-Magħtab