Juventus żammew il-bidu pożittiv tagħhom meta kisbu t-tielet rebħa minn tliet logħbiet b’rebħa ta’ 2-1 fi Stadio Tardini kontra Parma. Minkejja li waslet ir-rebħa, spikka n-nuqqas ta’ Cristiano Ronaldo li għal partita oħra naqas li jsib ix-xibka.
Huma marru fil-vantaġġ wara żewġ minuti meta minn kross mil-lemin ta’ Juan Cuadrado, MARIO MANDUZKIC għola tajjeb mad-difensur, iżda l-ballun baqa’ f’saqajh u mill-viċin għeleb lil Luigi Sepe.
Parma wettqu reazzjoni u kellhom xi okkażjonijiet li setgħu skorjaw minnhom, sakemm ġabu d-draw fit-33 minuta. Kien kross mix-xellug, Roberto Inglese għola tajjeb u xellef il-ballun bir-ras, b’GERVINHO jkun fil-post it-tajjeb biex skorja minn ftit pass bogħod.
Juventus ħadu r-riedni tal-logħba u fit-58 minuta skorjaw dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa. Cristiano Ronaldo għadda b’intelliġenza lejn il-Franċiż BLASE MATUIDI li spara wara Sepe.
//= $special ?>