Internazzjonali

Manuvri militari Russi fil-Mediterran

Il-Qawwa tal-Baħar Russa bdiet manuvri kbar militari fil-Mediterran. Manuvri li bdew is-Sibt u se jkomplu sejrin sat-8 ta’ Settembru.
Il-manuvri qed isiru barra l-kosta Sirjana u mdaħlin fihom hemm 26 bastiment tal-gwerra fosthom żewġ sottomarini kif ukoll 34 ajruplan militari Russu.
Skont l-Ammirall Vladimir Korolev, il-kap kmandant tal-Qawwa tal-Baħar Russa, iz-zona fejn qed isiru l-manuvri kienet dikjarata temporanjament perikoluża kemm għall-vapuri kif ukoll ajruplani.