Il-plejers tat-tim nazzjonali Andrei Agius, Ferdinando Apap, Jean Paul Farrugia, Rowen Muscat u l-gowlkiper Steve Sultana flimkien mal-istaff tekniku mmexxi minn Ray Farrugia żaru lill-fundatur tal-Fondazzjoni ALS Bjorn Formosa u r-resident ta’ Dar Bjorn.
L-għan ta’ din iż-żjara kienet li toffri sapport lil Bjorn għax-xogħol straordinarju li jagħmel għall-Fondazzjoni ALS. Il-kowċ nazzjonali Ray Farrugia preżenta lil Bjorn il-biljetti għal-logħba tal-UEFA Nations League bejn Malta u l-Ażerbajġan li se tintlagħab fl-10 ta’ Settembru, filwaqt li l-plejers tat-tim nazzjonali tawh flokk ta’ Malta iffirmat.
Bjorn Formosa spjega l-pjan tiegħu li jibni dar ġdida u kbira għall-pazjenti tal-ALS f’Ħaż-Żebbuġ li mistennija tiswa bejn €4 u €5 miljuni. Il-Fondazzjoni ALS qed torganizza diversi attivitajiet biex tiġbor il-fondi, fosthom kunċert ta’ mużika illejla fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.
//= $special ?>