Fi Żmien qasir l-għaqda Victim Support Malta se tkun qed tniedi servizz ġdid biex tipprovdi prevenzjoni għas-suwiċidju u appoġġ għall-familji jew individwi li jkunu missu ma’ sitwazzjonijiet ta’ qraba jew ħbieb li jkunu għamlu suwiċidju.
Statistika tal-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tindika li mat-800,000 persuna kull sena jwettqu suwiċidju. Skont studju li ffoka fuq is-sitwazzjoni f’Malta, jirriżulta li bejn l-2007 u l-2017 saru 289 suwiċidju. Fi kliem qasir, 25 familja Maltija kull sena tilfet xi qarib minn tagħha li għamel suwiċiju.
Quddiem dan ix-xenarju, il-membri ta’ Victim Support Malta Anthony Zahra, Psikjatra, Janice Formosa Pace, kriminologa, Julianne Grima, Psikoterapista, u Krista Tabone li hi d-Direttriċi ta’ Victim Support, ħasbu sabiex jibnu proposta għal programm ta’ prevenzjoni u għajnuna lejn il-familji milquta.
Dan il-programm mistenni jibda jitwassal lill-pubbliku minn Diċembru ta’ din is-sena.
Kull min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ din l-ngo jista’ jibgħat email fuq krista@victimsupport.org.mt.
//= $special ?>