Inter kisbu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil Bologna 3-0 fi Stadio Dall’Ara. Huma kienu mingħajr il-captain Mauro Icardi li weġġa’ ftit qabel il-logħba.
Inter fetħu l-iskor fis-66 minuta meta Matteo Politano qassam lejn RADJA NAINGGOLAN li kkontrolla l-ballun fil-kaxxa u b’xutt mill-ewwel fil-baxx għeleb lil Lukasz Skorupski, biex skorja l-ewwel gowl fid-debutt tiegħu ma’ Inter.
It-tim ta’ Spalletti għalaq il-logħba fit-82 minuta meta s-sostitut ANTONIO CANDREVA daħal tajjeb fil-kaxxa u ltaqa’ ma’ kross fil-baxx mix-xellug biex skorja l-ewwel gowl wara aktar minn sena. Inter skorjaw it-tielet gowl tliet minuti wara permezz ta’ IVAN PERISIC.
//= $special ?>