Lokali

Isibuhom mormija f’landa taż-żibel

Ritratt mill-Arkivji

L-Awtoritajiet għaddejjin bl-investigazzjoni wara li matul il-ġurnata tas-Sibt instabu tlett ifrieħ ta’ qattusa mormija f’landa taż-żibel.

Is-sejba saret fi Triq San Piju Ħamsa f’Tas-Sliema meta mara li kienet mixja dlonk t-triq semgħet bħal tinwieħ. Fuq post ippublikat fuq il-midja soċjali, Carol Curmi, spjegat li sabet il-frieħ f’garbage bag sewda mormija fil-landa. Hija saħqet li immdejatament ħadithom għand il-veterinarju għax is-sinjali kollha dehru li dawn intremew ftit wara li weldithom ommhom.

Fortunatament, kompliet tispjega din is-sinjura, il-qtates jinsabu f’qagħda tajba u mistennija trabbihom hi u l-familja tagħha.

Din l-aħbar waslet ġimgħat wara li qattusa nqatlet wara li ġiet msawta f’Golden Bay.