Damien Attard aktar kmieni llum tressaq il-Qorti akkużat li fil-pussess tiegħu kellu kważi mitt gramma kannabis.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech hu wieġeb li ma kienx ħati tar-reati akkużat bihom, iżda l-Qorti ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja.
Damien Attard, li għandu dsatax-il sena, kien akkużat li d-droga li kellu fil-pussess tiegħu ma kenitx għall-użu personali tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni fissret lill-Qorti wkoll li Damien Attard kemm-il darba xellef difru mal-Pulizija u mal-Ġustizzja. Huma oġġezzjonaw li jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba li għad fadal numru ta’ persuni li għad iridu jixhdu dwar dan il-każ ta’ droga.
//= $special ?>