Raġel Taljan ta’ 42 sena qed isofri ġrieħi ta’ natura gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq San Ġużepp fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-04:45 bejn vettura tat-tip Peugot 106 misjuqa minn Taljan ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar u vettura tat-tip VW Passat misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti Santa Venera. It-Taljan ta’ 42 sena li ttieħed l-isptar u li ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi, kien passiġġier fil-vettura tat-tip Peugeot.
Is-sewwieq Taljan ta’ 36 sena ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-Investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>