Angelique Kerber u Petra Kvitova t-tnejn kienu eliminati mill-Open tal-Istati Uniti hekk kif Sloane Stephens hi l-unika tennista mill-ewwel sitt tennisti seeded. Iċ-champion ta’ Wimbledon Kerber kienet megħluba 3-6, 6-3, 6-3 mis-Slovakka Dominika Cibulkova. Kvitova tilfet 7-5, 6-1 kontra Aryna Sabalenka.
B’dan ir-riżultat ma fadal l-ebda tennista li din is-sena rebħet Grand Slam. Ir-rebbieħa tal-Open ta’ Franza Simona Halep kienet eliminata minn Kaia Kanepi fl-ewwel rawnd, filwaqt li r-rebbieħa tal-Open tal-Awstralja Caroline Wozniacki kienet eliminata b’sorpriża mill-Ukrena Lesia Tsurenko.
Kerber kisret is-service tliet darbiet fl-ewwel set iżda Cibulkova rrepetiet għamlet l-istess fit-tieni set biex kellu jkun it-tielet set li jiddeċiedi l-konfront. Il-Ġermaniża sid numru erbgħa li għandha 30 sena, reġgħet kellha s-service miksur darbtejn fis-set finali, b’Cibulkova tagħlaq it-tielet set 6-3.
Cibulkova tilgħab mal-aħħar 16 kontra Madison Keys, li rkuprat minn set minn taħt biex għelbet lil Aleksandra Krunic 4-6, 6-1, 6-2.
Keys li għandha 23 sena u s-sena li għaddiet spiċċat finalista ta’ dan il-Grand Slam tilfet l-ewwel set wara li kellha s-service miksur darbtejn, iżda għamlet kontra fit-tieni set. L-ewwel ħames logħbiet tat-tielet set marru kontra s-service qabel mal-Amerikana żammet biex marret 4-2 minn fuq u għalqet il-logħba.
“Kont definittivament ftit nervuża u hi ħarġet tilgħab tajjeb ħafna u bdiet tagħmel il-pressjoni mill-bidu. Kuntenta li għaddej għar-rawnd li jmiss. Kien hemm wisq unforced errors fl-ewwel set iżda sodisfatta li kkalmajt u bdejt nilgħab ħafna aħjar. Ma kontx aggressiva biżżejjed fl-ewwel set u kont passiva wisq. L-akbar ħaġa kienet li fdajt lili nnifsi,” qalet Keys.
//= $special ?>